12% iktar elettriku fl-aħħar sigħat tas-sena

Il-konsum tal-elettriku fl-aħħar sigħat tas-sena żdied bi 12% meta mqabbel mal-istess żmien is-sena ta’ qabel.
Il-kaġun taż-żieda fil-konsum kienet il-kesħa li ħakmet lill-gżejjer Maltin.
L-Enemalta qalet dan fi stqarrija hekk kif irringrazzjat lill-ħaddiema li ħadmu fil-jiem ta’ festi.
F’dawn il-jiem kien hemm 75 ħaddiem tal-korporazzjoni li kienu xogħol f’kull ħin waqt li kien hemm għadd ieħor ta’ ħaddiema li kienu lesti biex jidħlu xogħol kull meta kien hemm il-ħtieġa tagħhom.
F’jum il-Milied u fl-Ewwel tas-Sena ċ-Chairman u Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Frederick Azzopardi, flimkien ma’ uffiċjali oħrajn mill-korporazzjoni u minn Shanghai Electric Power, żaru l-ħaddiema fiż-żewġ powerstations u f’impjanti oħra.