12,877 test fuq asfalt u konkrit f’sentejn

37 arloġġ jew mezz ta' kejl ta' ħin u 87 riga u għodod oħra ta' kejl ta' tul kienu fost l-madwar 2,000 strument kalibrat mill-MCCAA fl-aħħar sentejn.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet tal-Konsumatur Helena Dalli fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Charles Mangion.
Matul l-2014 kienu kkalibrati 1,824 strument waqt li fl-2015 kienu kkalibrati 1,053 strument.
Fl-istess perijodu saru 14,824 test differenti li 86% minnhom, jew 12,877 test, kienu testijiet fuq konkrit u asfalt u 900 analiħi forensika ta’ drogi.