​12.7% la għandhom dar u lanqas iħallsu kera

Skont stħarriġ li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fl-2015 instab li 12.7% ta’ dawk intervistati ma kienux sidien tad-djar iżda lanqas kienu jħallsu l-kera.
Dan ħareġ minn stħarriġ li sar bejn April tal-2015 u Marzu tal-2016. Juri wkoll li 70.9% ta’ dawk intervistati kienu sidien ta’ djar filwaqt li 16.5% kienu jħallsu kera.
Skont l-istħarriġ li sar, 65.1% tal-popolazzjoni Maltija fl-2015 kienet magħmula minn djar mingħajr tfal dipendenti. Djar li kienu kkunsidrati li huma ta’ xi ħadd anzjan nefqu inqas minn nofs id-djar kollha tal-gruppi tal-etajiet l-oħra.
Mill-istħarriġ ħareġ li fl-2015, l-infieq fl-ikel u fix-xorb alkoħoliku naqas mill-2008 b’ 2.7 punti perċentwali, iżda baqa’ l-akbar kategorija tal-infiq tad-djar.
L-akbar oqsma li raw żieda fl-infieq fihom kull ġimgħa kienu l-edukazzjoni (82.4%) u fir-ristoranti u l-lukandi (34.5%).
Skont l-istħarriġ, id-dħul disponibbli ta’ 24% minn dawk intervistati kien jiġi mill-benefiċċji soċjali, allowances, interessi, u dividendi. Id-dħul disponibbli jirreferi għall-flus li wieħed jkun jista’ jonfoq wara li jinqatgħu t-taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
Skont l-NSO, dar tipika Maltija kienet tonfoq madwar €85 fil-ġimgħa biex tixtri ikel u xorb non-alkoħoliku fl-2015