12,000 ruħ jibbenefikaw mill-iSkema ta’ Assistenza Medika

Madwar 12,000 persuna qed tibbenefika mill-iSkema ta’ Assistenza Medika magħrufa bħala SKA.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne Grech.
Il-benefiċjarji ġejjin minn 70 lokalità differenti.
Birkirkara hija l-iktar post li minnu ġejjin benefiċjarji b’712 segwit minn Qormi u Ħamrun b’660 u 612 rispettivament. Biss aktarx li t-titlu tal-iktar rata għola ta’ abitanti benefiċjarji jistħoqq lil Kemuna fejn iż-żewġ abitanti tal-gżira jirċievu għajnuna taħt din l-iskema.
Farrugia fisser li r-rata ta’dan il-benefiċċju hija waħda fissa. Persuna waħidħa jew fejn waħda mill-konjugi ikun/tkun eleġibbli għal benefiċċju tal-mard, tirċievi €25.28 fil-ġimgħa, waqt li koppja miżżewġa fejn iż-żewġ partijiet li jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju r-rata hi ta’ €45.42 fil-ġimgħa.