12,000 persuna evakwati fi Franza minħabba nirien qawwija

Minn tal-inqas 12,000 persuna ġew evakwati minħabba nirien qawwija li ħakmu x-Xlokk ta’ Franza.
Għadd ta’ pumpiera qed jissieltu man-nirien fir-reġjun ta’ Cote d’Azur.
Franza kienet talbet l-għajnuna tal-pajjiżi ġirien biex jgħinuhom jissieltu man-nirien. In-nirien ħakmu kważi erbat elef ettaru ta’ art u ħakkmu wkoll il-gżira ta’ Korsika.
F’Korsika mijiet ta’ dar kellhom jiġu evakwati wkoll. In-nirien bdew minn nhar it-Tnejn li għadda u sa issa aktar minn erbat elef pumpier provaw jitfu n-nirien. Kawża tan-nirien 12-il pumpier u 15-il pulizija ddaħħlu l-isptar minħabba d-dħaħen li belgħu.