Mal-1,170 persuna jispiċċaw bla pjanċa tal-karozza

Read in English.

Sa issa, matul l-2019, daħlet 1,174 talba lil Transport Malta sabiex jinħarġu pjanċi ta’ vetturi li nsterqu jew intilfu.

Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għat-Trasport Ian Borg hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Byron Camilleri. Hu staqsa għall-figuri sena b’sena mill-2008 sal-lum.

L-akbar ammont sa issa kien irreġistrat is-sena li għaddiet, fejn ġew sottomessi 1,696 applikazzjoni. Intant, l-inqas sena li fiha ġew sottomessi applikazzjonijiet kienet l-2016 b’total ta’ 1,005 applikazzjoni.