116-il każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 124 persuna

people-wearing-masks-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Tħabbru 116-il każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 124 persuna. Il-każijiet il-ġodda nstabu mit-3,030 swab test li saru.

B’hekk hawn 2,069 każ attiv tal-Covid-19 f’Malta bħalissa.

OFFICIAL COVID-19 figures for 25•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Wednesday, November 25, 2020

Ilbieraħ tħabbru 133 każ ġdid tal-Covid-19. Minn dawn kien hemm:

  • 25 każ ta’ membri tal-familja ta’ nies bil-virus
  • 4 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 5 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni bil-virus
  • 3 każijiet minn attivitajiet soċjali

Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 96 każ.

Ilbieraħ tħabbar li mietu ħames anzjani oħra bil-coronavirus, biex it-total ta’ vittmi issa hu ta’ 122.