115,000 persuna siefru minn Malta bejn Jannar u Marzu

Read in English.

Huwa stmat li 115,573 persuna siefru minn Malta bejn Jannar u Marzu 2020.

Fi stqarrija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li din iċ-ċifra tirriżulta fi tnaqqis ta’ 21.3% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2019.

L-NSO qal li din l-istatistika trid tittieħed fil-kuntest tal-pandemija tal-coronavirus.

Mill-vjaġġi li saru fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, 66,416 kienu għal skopijiet turistiċi. Kien hemm ukoll 27,761 vjaġġi li saru biex wieħed iżur xi ħbieb jew qraba.

L-Italja u l-Ingilterra baqgħu l-aktar destinazzjonijiet popolari.

Fil-21 ta’ Marzu t-titjiriet tal-passiġġieri minn u lejn Malta twaqqfu minħabba l-COVID-19. L-ajruport Malti għadu magħluq sal-lum.