115-il każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 39

Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa, Malta kellha 115-il każ ġdid tal-coronavirus li rriżultaw mit-3,144 swab test li saru. Fiequ 39 persuna biex issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,845.

Ilbieraħ kien hemm 121 każ ġdid tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:

  • 43 li ħadu l-virus mingħand membri tal-familja tagħhom
  • 12-il persuna li ħaditu minn fuq il-post tax-xogħol
  • 4 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • Każ minn attività soċjali
  • 3 każijiet minn Paceville
  • 4 każijiet impurtati

B’hekk, mhux magħruf minn fejn oriġinaw l-54 każ ieħor.

Dalgħodu tħabbret il-50 mewta f’Malta bil-Covid-19, dik ta’ anzjan ta’ 77 sena li kien ġo dar tal-anzjani u miet hemmhekk stess.