11,400 bla xogħol f’Mejju – NSO

Read in English.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li f’Mejju 2020 kien hemm 11,423 persuna bla xogħol.

Fi stqarrija l-NSO qal li r-rata ta’ qgħad aġġustata għax-xahar ta’ Mejju laħaq l-4.2% – żieda ta’ 0.1 punti perċentwali mix-xahar ta’ qabel.

Skont l-NSO f’Mejju kien hemm 5,241 mara u 6,182 raġel bla xogħol. Minn dawn, 3,664 kellhom bejn il-15 u l-24 sena. Dawk fl-età ta’ bejn 25 u 74 sena laħqu s-7,759. F’Mejju tal-2019 kien hemm 8,875 persuna bla xogħol.

L-NSO qal li l-istatistika tal-2020 trid tiġi interpretata fid-dawl tas-sitwazzjoni li ħolqot il-pandemija tal-coronavirus.

NSO

Skont l-NSO ukoll kien hemm 4,409 persuna li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Mejju 2020.

Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qed jisħaq li hemm mal-11,000 persuna bla xogħol, il-Partit Laburista qed jikkwota l-figura ta’ 4,000 persuna f’qgħad.

F’Ġunju li għadda l-Gvern żvela ‘mini-baġit’ li kien jinkludi għadd ta’ miżuri fosthom vouchers biex jintefqu f’ristoranti u traħħis ta’ 7 ċenteżmi fil-prezzijiet tal-fuel.

Tista’ taqra r-rapport sħiħ tal-NSO minn hawn: