114-il avukat jingħataw il-warrant

DOI - Jason Borg

Total ta’ 114-il gradwat irċevew il-warrant biex jipprattikaw ta’ avukati mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. Minn dawn 46 huma rġiel u 68 huma nisa.

Il-Ministru Bonnici feraħ lill-avukati l-ġodda għal dan il-pass u  tkellem dwar l-importanza u r-responsabbiltà tal-professjoni filwaqt li ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jimxu mal-Kodiċi tal-Etika u jġibu ruħhom b’serjetà u sejjaħ il-ġustizzja bħala settur kruċjali f’Malta.

Qal li għall-ewwel darba fil-ġudikatura hemm maġġoranza ta’ nisa, b’total ta’ 23 mara u 22 raġel. Saħaq li din hija kisba pożittiva speċjalment meta 5 snin ilu kien hemm 35% tal-ġudikanti kienu nisa.

DOI – Jason Borg