113-il Pulizija ġodda se jiġu assenjati f’distretti sensittivi

113-il Pulizija ġodda se jiġu assenjati f’distretti b’attenzjoni partikolari bħalma huma Paceville, San Ġiljan, Ta’ Sliema, il-Gżira, l-Imsida, San Ġwann u s-Swieqi.
Il-Ministru għall-Intern, Manuel Mallia qal dan waqt il-Passing Out Parade tal-Pulizija ġodda.
Il-Pulizija ġodda attendew għall-kors ta’ taħriġ intensiv ta’ sitt xhur fl-Akkademja tal-Pulizija.
Il-Ministru Mallia qal li bħalissa qed isir xogħol u studju biex isiru bidliet neċessarji biex l-Akkademja issir Kulleġġ tal-Pulizija b’għalliema full time u b’korsijiet bi kwalifiċi li jkunu ekwivalenti għall-istituzzjonijiet edukattivi f’pajjiżna.
Il-Ministru Mallia qal li permezz tal-laqgħat dwar is-sigurtà fil-lokalitajiet mar-residenti ta’ lokalitajiet differenti, fehem l-inkwiet tan-nies.
Saħaq dwar l-importanza tal-Pulizija fil-Komunità, fejn il-Pulizija jkunu fit-triq b’kuntatt dirett man-nies u b’hekk tinbena relazzjoni ta’ fiduċja.

Ritratt: Media Police