113-il inkjesta ilhom pendenti aktar minn 6 snin

Miguela Xuereb

Read in English.

Bħalissa hemm 113-il inkjesta li ilhom aktar minn sitt snin pendenti.

Dan it-tagħrif tah il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis fil-Parlament, meta mistoqsi dwar dan mill-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield.

Il-Ministru spjega li billi inkjesti maġisterjali huma kunfidenzjali, ma tistax tingħata informazzjoni dwarhom. Dan peress li Bedingfield staqsieh biex jindika liema huma l-inkjesti pendenti waħda waħda bit-titlu tagħhom u bil-Maġistrat responsabbli għalihom. Il-Membru Parlamentari staqsa wkoll għaliex hemm daqshekk dewmien biex dawn l-inkjesti jiġu konklużi.

Zammit Lewis stqarr ukoll li “hija l-politika tal-Gvern li fil-fehma tal-Ministru responsabbli, u permezz tal-Prim Imħallef preżenti, mhuwiex aċċettabli li l-inkjesti idumu daqshekk għad-detriment taċ-ċittadini tagħna.”