112 permess ta’ residenza revokat

Bħala medja, matul din is-sena, il-Gvern irrevoka 10 permessi ta’ residenza fix-xahar.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi.
Abela qal li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Novembru 2015, Identity Malta rrevokat 112-il permess ta’ residenza.
Huwa fisser li Identity Malta tirrevoka permessi ta’ residenza fuq bażi regolari minħabba li l-kundizzjonijiet li fuqhom jinħareġ permess ta’ residenza ma jibqgħux aktar fis-seħħ bħal f'każi fejn persuna barranija ma tibqax fl-impjieg jew fl-istudju tagħha f’Malta.