112-il każ ġdid ta’ coronavirus; il-każi attivi jaqbżu l-1,000

Miguela Xuereb

Read in English.

Matul l-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż 112-il każ ġdid ta’ coronavirus. Dan wara li saru total ta’ 2,481 swab test. Biex b’hekk il-każi attivi kurrenti fil-pajjiż qabżu l-1,000.

Fl-infografika tal-lum, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fiequ total ta’ 42 persuna oħra mill-virus. B’hekk il-każi attivi bħalissa fil-pajjiż huma ta’ 1,009.

Il-każi ġodda għadhom qed jiġu investigati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Intant, fost dawk tal-bieraħ hemm: 28 li huma memberi tal-familja ta’ persuni pożittivi, żewġ persuni kienu kuntatti fuq ix-xogħol, żewġ każi mill-cluster ta’ Paceville, ħames każi li kienu kuntatti diretti u każ wieħed impurtat. Mill-111-il każ pożittiv imħabbra lbieraħ, jidher li għad hemm 78 każ li l-oriġini tagħhom għadha mhix ikkonfermata.