112-il immigrant salvati mill-għarqa; waslu Malta dalgħodu

A police officer in protective clothing against possible coronavirus infection removes a life jacket from a child migrant after rescued migrants arrived on a military ship in Senglea
Source: REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

Grupp ta’ 112-il immigrant ġew salvati mill-għarqa minn fuq dinghy li telqet mill-Afrika ta’ Fuq. L-awtoritajiet qalu li huma tniżżlu f’Malta l-Ħadd filgħodu ssorveljati minn għadd ta’ uffiċjali b’ilbies protettiv kontra l-imxija tal-coronavirus.

Id-dinghy deher fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija fit-tramuntana tal-Libja lbieraħ. Dawk abbord kienu jinkludu diversi nisa u tfal. Il-Forzi Armati qta’ Malta alu li n-nazzjonalitajiet ta’ dawk abbord kienu għadhom ma jafuhiex

L-immigranti kollha ngħataw ġew ittestjati għas-saħħa tagħhom malli tniżżlu f’Malta u qabel ma ttellgħu fuq il-karozzi tal-linja biex jittieħdu lejn iċ-ċentru.

Minkejja ż-żidiet ta’ gruppi ta’ immigranti li resqu lejn Malta u l-Italja fil-bidu ta’ din is-sena, jidher li dawn l-ammonti naqsu sew bl-imxija tal-coronavirus fl-Italja u Malta.