Rekord ta’ każijiet b’111-il każ ġdid tal-coronavirus

Woman-wearing-face-mask-due-to-coronavirus-pandemic-6
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 111-il każ ġdid tal-coronavirus filwaqt li fiequ 52 persuna. Dan hu rekord ta’ każijiet ġodda f’ġurnata peress li r-rekord ta’ qabel kien ta’ 106 każijiet fis-16 ta’ Settembru.

B’hekk it-total ta’ każijiet attivi f’Malta bħalissa huwa 940. Dan ħareġ mill-2,761 swab test li saru.

Ilbieraħ tħabbru 93 każ ġdid tal-coronavirus, li minnhom kien hemm:

  • 30 ta’ membri tal-familja ta’ persuni li diġà kellhom il-virus
  • 6 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol
  • Każ minn Paceville

B’hekk, kien hemm 56 każ li l-oriġini tagħhom ma kinitx magħrufa.

Diversi persuni u għaqdiet qed jappellaw biex jittieħdu miżuri aktar stretti biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-virus issa li l-każijiet qed jerġgħu jiżdiedu ġmielhom.

Fost dawn kien hemm l-Assoċjazzjoni Medika tas-Saħħa Pubblika f’Malta (MAPHM) li qalet li li kieku l-awtoritajiet semgħu minnha u ħadu azzjoni qabel, ma konniex inkunu f’din is-sitwazzjoni. Hija wissiet li t-timijiet tal-case management u tal-contact tracing mhumiex ilaħħqu mal-għadd tal-każijiet.

Illum fis-2pm, se jixxandar programm speċjali live fuq Newsbook.com.mt dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19.