111-il każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 53 persuna

People-queue-at-BOV-wearing-masks-valletta
Miguela Xuereb

Fl-aħħar 24 siegħa, instabu 111-il każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 53 persuna. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa 1,704.

Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,951 swab test li saru.

OFFICIAL COVID-19 figures for 22•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, October 22, 2020

Dalgħodu tħabbar li mietu żewġ anzjani oħra bil-coronavirus f’Malta, biex b’hekk issa t-total ta’ mwiet huwa ta’ 49.

L-aħħar imwiet bil-Covid-19
2 anzjani oħra jmutu bil-coronavirus

Ilbieraħ tħabbru 155 każ ġdid. Minn dawn kien hemm:

  • 14-il persuna li ħaduh mingħand xi ħadd tal-familja
  • 10 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 13-il każ li ttieħdu mingħand persuni li kellhom kuntatt dirett magħhom
  • Każ minn attività soċjali
  • 2 każijiet minn barra minn Malta.

Dan ifisser li 115-il każ minn tal-bieraħ mhix magħrufa l-oriġini tagħhom.