1,100 persuna min-Nepal jgħixu Malta; 2 Maltin jgħixu n-Nepal

DOI

Filwaqt li f’Malta hawn aktar minn 1,100 persuna min-Nepal reġistrati ma’ Jobsplus, fin-Nepal hemm jgħixu żewġ Maltin.

Dan qalu l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, waqt laqgħa li kellu mal-Ambaxxatur tan-Nepal Durga Bahadur Subedi. Hu rrefera għal laqgħa li kellu miegħu f’Mejju tal-2018, fejn kien tkellem dwar il-Maltin li kienu qed jgħixu fin-Nepal u viċi versa.

L-Ambaxxatur Subedi elabora dwar l-aħħar żviluppi poltiċi fin-Nepal, inkluż l-elezzjonijiet ta’ Novembru li għadda f’diversi provinċji u lokalitajiet. Hu qal li fin-Nepal issa hemm gvern stabbli b’viżjoni li jiżviluppa l-ekonomija fil-pajjiż. Hu qal li f’April, in-Nepal se jkun qed jorganizza summit globali bl-isem ta’ “Everest Dialogue” fejn id-diskussjoni se tkun qed iddur fuq it-tibdil fil-klima u l-muntanji. Qal li jittama li jara l-parteċipazzjoni ta’ Malta.