1,100 mara salvati fiċ-Ċina wara li ġew traffikati għaż-żwieġ

A bouquet is seen in the snow as a bride poses for a photograph after a group wedding ceremony during the 26th Harbin International Ice and Snow Festival in Harbin, Heilongjiang province January 6, 2010. The wedding was organised by the city government and 28 couples participated in the ceremony, which was attended by local officials. REUTERS/Aly Song (CHINA - Tags: ENVIRONMENT SOCIETY)

Iċ-Ċina salvat aktar minn 1,100 mara li ġew traffikati lejn il-pajjiż, b’ħafna minnhom mixtrija biex jitgħarrsu. Dan sar b’ħidma konġunta bejn il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja skont dak li qalu l-Pulizija llum.

Fost in-nisa kien hemm 17 li kienu tfal. Ir-rejds saru flimkien ma’ uffiċjali mill-Myanmar, Kambodja, Laos, Vietnam u t-Tajlanda bejn Lulju u Diċembtu tal-2018. Dan intqal mill-Ministeru għas-Sigurtà tal-Pubblika li ħabbar din il-ħidma tiegħu għall-ewwel darba.

Il-policy li hemm fiċ-Ċina li kull familja ma jistax ikollha iktar minn wild wieħed ikkreat żbilanċ bejn il-ġeneri u ħalliet lill-pajjiż b’ħafna inqas nisa milli rġiel.

Fuq il-website uffiċjali tal-Ministeru intqal li l-pulizija se tkompli taħdem sabiex ma tħallix lok għal aktar kriminalitajiet tat-tip. Jidher li n-numru ta’ nisa li qed jiġu mibjugħa biex jiżżewġu u li ġejjin mill-pajjiżi bħall-Kambodja u l-Myanmar qed jikber dejjem aktar.

Jidher li dawn jiġu mitkellma minn sensara f’żoni foqra li javviċinawhom b’wegħdiet ta’ xogħol fil-belt. Il-Kambodja qal li fl-2016 kien hemm mas-7,000 mara li kienu qed jgħixu fi żwiġijiet sfurzati fiċ-Ċina u talbu lil Beijing sabiex ikun iktar strinġenti mal-visas li jingħataw lil nisa single li ġejjin mill-pajjiż.