110 serqiet fil-Gudja fl-2019

Fil-Gudja kien hemm 110 serqiet fl-2019.

Din l-informazzjoni taha l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fil-Parlament, meta mistoqsi dwar dan mill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.

It-total ta’ delitti li seħħew u ġew reġistrati fl-għassa tal-Gudja s-sena li għaddiet kien ta’ 211-il każ.