110 każijiet ġodda tal-Covid-19; ifiqu 161 persuna

people-wearing-masks-while-waiting-for-the-bus
Miguela Xuereb

Read in English.

Tħabbru 110 każijiet ġodda tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 161 persuna. Dawn il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,345 swab test illi saru.

B’hekk hawn 2,097 każ attiv tal-coronavirus bħalissa.

OFFICIAL COVID-19 figures for 17•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Tuesday, November 17, 2020

Ilbieraħ tħabbru 103 każijiet ġodda. Minn dawn kien hemm:

  • 26 każ ġejjin minn membri tal-familja
  • 9 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 4 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 2 każijiet minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies bil-virus.

Għalhekk, hemm 62 każ li l-oriġini tagħhom mhix magħrufa.

Bit-tliet imwiet li tħabbru lbieraħ filgħaxija, l-għadd ta’ mwiet bil-coronavirus qabeż il-100.