110,000 pjanta jlewnu l-Belt nhar il-Ħadd

Parti mill-Valletta Green Festival, li fetaħ dalgħodu fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, se jkun hemm infjorata ikonika ta’ 110,000 pjanta.
L-infjorata ta’ din is-sena hija l-akbar waħda s’issa.
Infetaħ ukoll ġnien fuq il-bejt tal-Gwardja Prinċipali sabiex il-pubbliku jkun jista’ jgawdih kif ukoll jieħu l-opportunità jħares għal fuq l-infjorata.
Apparti dan kollu, se jkunu qed isiru numru ta’ workshops u attivitajiet edukattivi fi Pjazza San Ġorġ.
Dawn jinkludu workshops minn Solar Cinema, ċinema mobbli mħaddma bl-enerġija solari. Dan huwa wkoll proġett ta’ Valletta 2018.
Se jsir programm għall-familja kollha, fejn se joffri lil dawk li jżuru l-Belt l-opportunità li jaraw ukoll uħud mit-teżori storiċi. Fosthom il-ġonna u l-Piano Nobile tal-Palazz tal-Arċisqof u l-ġonna tal-Monasteru ta’ Santa Katerina.
Dawn imsemmija se jkunu miftuħa mill-Ġimgħa sal-Ħadd, bejn id-9.30am u n-12.30pm u bejn l-4pm u s-7pm.