11 mejta wara li jikkraxxja ajruplan fil-Polonja

Ħdax-il persuna tilfu ħajjithom meta ajruplan żgħir ikkraxxja fin-nofsinhar tal-Polonja.
L-ajruplan kien qed iġorr membri ta’ klabb li marru biex itajru l-parachute.
Ħaddiema tas-salvataġġ qalu li persuna waħda biss mit-tnax abbord salvaw iżda din sofriet ġrieħi gravi.
Il-kawża tal-inċident għadha mhix magħrufa iżda jista’ jagħti l-każ li l-ajruplan kellu aktar passiġġieri abbord mill-massimu ta’ sebgħa li seta’ jġorr.
Hu allegat li l-magni tal-ajruplan bdew jagħmlu diversi ħsejjes qabel mal-ajruplan beda’ niżel.