11 mejta, 90 morda b’ikel reliġjuż fl-Indja

Ħdax-il persuna mietu, u iktar minn 90 mardu, wara li kielu ikel reliġjuż ċerimonjali f’tempju l-Indja; il-Pulizija qegħdin jissuspettaw li kien każ ta’ avvelenament mill-ikel.

Żewġ persuni nżammu għall-investigazzjoni dwar l-inċident li sar nhar il-Ġimgħa wara li d-devoti kielu ross tat-tadam fit-tempju Hindu. Minkejja li l-midja Indjana rrappurtat li l-avvelenament kien minħabba kontaminazzjoni mill-pestiċidi, il-Pulizija qalu li kien kmieni wisq għall-konklużjoni.

Bosta ċawl u klieb ukoll instabu mejta wara li kielu l-ikel.