11 immultati għax kienu fi gruppi ta’ aktar minn 4

Miguela Xuereb

11-il persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Environmental Health Officers qed jaghmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi. Dan qed isir biex titħares il-liġi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Din il-figura tħabbret fil-bullettin li qed jiġi ppubblikat kuljum mill-Gvern dwar l-imxija tal-Covid-19 f’Malta.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-367 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. Mindu bdew isiru l-ispezzjonijiet saru aktar minn 25,000 spezzjoni mill-awtoritajiet fuq il-kwarantina obbligatorja.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, il-Professur Charmaine Gauci qalet li ħarġu 3 każijiet pożittivi ta’ coronavirus mit-testijiet li saru lbieraħ.