11-il tifel u tifla jinqatlu fi sptar fis-Sirja

Mill-inqas 58 persuna mietu, u ħafna oħrajn sfaw midruba f’attakk b'armi kimiċi fuq sptar fis-Sirja.
L-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet Umani qal li l-attakk twettaq minn diversi ajruplani tal-Gvern Sirjan jew Russu fil-belt ta’ Idlib.
Aktar tard ġew sparati numru ta’ rockets fuq l-isptar li kien qed jitratta l-vittmi tal-attakk preċedenti.
Fost il-vittmi kien hemm 11-il tifel u tifla.
Il-Gvern Sirjan għadu qed jiċħad kull involviment f’dawn l-attakki.