11-il student itemmu kors tal-liġi Marittima

11-il student ġejjin minn navies u gwardja tal-kosta fl-Eġittu, il-Lebanon, it-Tuniżja u l-Marokk, temmew b'suċċess kors ta' liġi marittima tal-operazzjoni li kien twil ġimagħtejn.
Il-kors sar fiċ-Ċentru tas-Sigurtà Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta.
Il-kors ittella' b'kollaborazzjoni bejn il-Gvern Svizzeru u dak Malti.
Ċertifikat ta' parteċipazzjoni ngħata lil kull min temm dan il-kors b'suċċess, liema ċertifikat ingħata mill-Kurunell C. Attard fil-preżenza tal-Ambaxxatur Svizzeru kif ukoll diversi uffiċjali.