Aġġornata: 11-il persuna għadhom jistennew fuq Aquarius; Malta ma taċċettahomx

SOS MEDITERRANEE/ Maud Veith

Iċ-Ċentru ta’ tfittxija u Salvataġġ ta’ Malta ma aċċettax li joffri post sigur għal 11-il persuna li ġew salvati mill-ibħra internazzjonali, mill-bastiment Aquarius.

Nhar il-Ħamis, għall-ħabta tat-8:30am, il-bastiment Aquarius ikkonferma li kien hemm dgħajsa żgħira fil-bżonn tal-għajnuna u li fuqha kien hemm 11-il persuna. Kemm iċ-Ċentri ta’ tfittxija ta’ Malta kif ukoll tal-Italja ma aċċettawx li jagħtu l-għajnuna lill-persuni abbord id-dgħajsa.

Wara imejl li ntbagħtet lil-Libja, l-Italja, l-Malta u t-Tuneżija, ħadd ma għadu aċċetta li joffri post sigur għal-dawn il-persuni. Għalhekk, dawn għadhom abbord il-bastiment Aquarius.

Kanċellar tar-reġistrazzjon tal-bastiment Aquarius

L-Awtoritajiet Marittimi tal-Panama bdew il-proċess biex tiġi kkanċellata r-reġistrazzjoni tal-bastiment tal-għaqda mhux governattiva, Aquarius wara li l-awtoritajiet Taljani informaw lill-awtoritajiet tal-Panama li l-kaptan irrifjuta l-ordnijiet mogħtija lilu meta 11-il persuna ġew salvati mill-għarqa. Fil-kummenti mogħtija lil Newsbook.com.mt Aquarius esprima t-tħassib u s-sorpriża tiegħu lejn l-Awtorità Marittima tal-Panama hekk kif bdiet bil-proċess ta’ kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vapur. L-Aquarius fakkret li l-missjoni ta’ salvataġġ fl-ibħra internazzjonali li bdiet, kienu f’konformità sħiħa mal-liġi marittima internazzjonali.