11-il koppja b’embrijuni ffriżati

Il Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li bħalissa hemm 11-il koppja li għandhom l-embrijuni ffriżati fl-Isptar Mater Dei.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Etienne Grech, hu qal li fil-każijiet kollha l-intenzjoni tal-ommijiet hi li l-embrijuni jintużaw fiċ-ċikli li jmiss.

Is-sena li għaddiet, il-Parlament approva emendi għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun fejn il-koppji ngħataw id-dritt lijiffertilizzaw ħames embrijuni.