​11-il kompetitur tal-ASMK se jikkompetu f’Enduro fi Sqallija

Nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) kellha tħassar l-attivitajiet kollha minħabba l-maltemp li laqat il-pajjiż speċjalment in-naħa ta’ Ta’ Qali.
Din l-attività ser issir nhar l-Erbgħa 19 ta’ Marzu 2014 li tkun Festa Pubblika u tibda fil-11:00am.
Ġurnata qabel ikun hemm sezzjoni li tibda fis-6:00 ta’ filgħaxija u se ssir taħt id-dawl artifiċjali.
Intant nhar il-Ħadd li ġej se tiġi organizzata attività fil-barriera ta’ Torri Falka l-Imġarr Malta.
L-attività tibda fid-9:00am u dħul għall-pubbliku jkun bla ħlas.
Fi tmiem il-ġimgħa, 11-il kompetitur mis-sezzjoni ASMK Enduro bil-muturi sa jkunu fil-belt ta Ragusa fi-Sqallija fejn se jieħdu sehem f’tellieqa Enduro bl-isem Cavalcata dei Monti Iblei.
Din it-tiġrija kontra l-arloġġ se tkun organizzata bħala ‘pre-Championship race’ biex isservi ta’ taħriġ għal kompetizzjonijiet futuri.
Il-kontinġent Malti huwa kompost minn Andrew Albanozzo, John Attard, Victor Bajada, Konrad Grixti, Eric Grixti, Nicolai Abela, Matthew Salomon, Edward Sant Fornier, Alex Sant Fornier, Nigel Anastasi u Andrew Cassar.
Il-kompetituri se jkunu qed jikkompetu kollha fuq muturi KTM li ċ-ċilindrata tal-magni tvarja min 250 sa 530cc.
L-ASMK tawgura lill-kompetituri kollha speċjalment dawk li se jieħdu sehem għall-ewwel darba.