11-il każ ġdid ta’ coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta reġistrat 11-il każ ġdid ta’ coronavirus fl-aħħar 24 siegħa.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa. Il-Professur Gauci mhux se tkun qed tindirizza lin-nazzjon ta’ kuljum kif kien qed isir għal dawn l-aħħar ġimgħat. L-aġġornament minn naħa tagħha li jmiss se jsir għada.

Il-Ministeru qal li dawn l-aħħar każi nstabu minn 1,519 swab tests li saru. Intant fiqu 4 persuni oħra mill-COVID-19. Bħalissa hawn 103 każi attivi.

Dawn l-aħħar każi tħabbru ftit jiem qabel Malta tkompli tnaqqas mill-miżuri li hemm fis-seħħ. Dawn kellhom l-għan li jnaqqsu l-imxija tal-coronavirus.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju, Malta se tkompli t-triq biex tasal għan-normal.

Is-sitwazzjoni mhix stabbli – MAM

L-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta (MAM) qalet li s-sitwazzjoni mhix stabbli kif ingħad peress li kien hemm qabża fil-każijiet fl-aħħar ġimgħa, u 14-il każ f’Malta huma ekwivalenti għal 1,700 każ fl-Italja f’ġurnata. L-Isptar Mater Dei ffaċċja l-agħar 10 ijiem mill-bidu tal-epidemija peress li kellhom jingħalqu tliet swali u rekord ta’ 287 ħaddiem tas-saħħa jinsab kwarantina.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn