11-il karozza f’barriera fin-Naxxar

Is-Sibt 5 u l-Ħadd 6 ta' Mejju All Wheel Drive Club Malta organizza challenge fil-barriera tal-Blokrete fil-limiti tan-Naxxar. 11-il karozza ikkompetew f'żewġ klassijiet differenti, waħda għal vetturi mmodifikati, li għadhom saħansitra jinstaqu fit-triq, u klassi oħra għal vetturi aktar modifikati, msejħa bħala l-klassi ultra, għal vetturi li mhumiex tat-triq u li huma intenzjonalment mibnija għal dan t-tip ta' sport u magħrufin bħala buggies.
Il-klassi mmodifikata ntrebħet mis-sewwieq Brandon Cassar megħjun minn Thomas Galea. Fit-tieni post sibna lis-sewwieq Jason Cassar megħjun minn Alan Zahra, u fit-tielet post sibna lis-sewwieq Clifton Cauchi megħjun minn Jonathan Falzon.
Fil-klassi ultra rajna lis-sewwieq Robert Caruana megħjun minn John Zammit jirbaħ il-klassi, segwiti mit-tim kompost mill-missier u iben Neville u Lee Ciantar. Fit-tielet post sibna l-aħwa Josef u Stefan Borg Grech.