​11-il ħaddiem tal-Gvern f’Kemmuna

B’kollox hemm 11-il ħaddiem li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, li jaqdu dmirijiethom f’Kemmuna fis-sajf.
Hi u twieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li x-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema jikkonsisti fi ġbir ta’ skart, kif ukoll tindif u manutenzjoni tal-latrini pubbliċi fil-bajjiet ta’ Santa Marija u Blue Lagoon.
Żiedet tgħid li meta ma jkunx hemm lok għalihom fuq Kemmuna, jirrapportaw Għawdex stess, biex iwettqu dmirijiethom skont il-bżonnijiet li jkun hemm.