11-il għaqda jgawdu mill-Fond tal-Lotteriji Nazzjonali

round table finanzi

Ħdax-il organizzazzjoni minn oqsma differenti irċevew għotjiet mill-Fond tal-Lotteriji Nazzjonali li jammontaw għal kważi €260,000.
Dawn il-fondi se jintużaw għal diversi proġetti li jvarjaw bejn restawr u rinovazzjoni ta’ opri ta’ patrimonju nazzjonali f’postijiet reliġjużi, parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet tal-isport internazzjonali, għaqdiet li jipprovdu għajnuna lis-soċjetà, kif ukoll restawr ta’ siti nazzjonali.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kellu l-okkażjoni jitkellem ma’ rappreżentanti tal-għaqdiet li se jmexxu dawn il-proġetti fil-komunità Maltija.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo