11-il emigrant jiddaħħlu Haywharf

October 7, 2018. REUTERS/Darrin Zammit Lupi

11-il emigrant li kienu abbord il-vapur Nostra Madre di Loreto waslu Malta. Newsbook.com.mt tkellem mal-Forzi Armati ta’ malta u kkonfermaw li aktar kmieni dalgħodu disa’ rġiel u żewġt itfal waslu Haywharf.

Huwa mifum li l-emigranti ġejjin mill-Eġittu, in-Niġer, is-Senegal, is-Somalja u s-Sudan u għamlu dawn l-aħħar disgħat ijiem fuq il-baħar. Uffiċjali mediċi mit-taqsima tal-immigrazzjoni tal-Pulizija bħalissa qed jagħtu l-attenzjoni medika meħtieġa lil dawn il-persuni.

Aktar informazzjoni għadha trid tasal.