11,000 impjieg f’BHS f’periklu mal-falliment tal-kumpanija

Il-katina ta’ ħwienet rinomata BHS tinsab f’xifer li tiġi dikjarata falluta u qed tipperikola x-xogħol ta’ 11,000 ħaddiem hekk kif bdiet il-proċeduri biex tiġi likwidata.
Taħdidiet sa tard il-Ħadd filgħaxija fallew wara li l-kumpanija, li hi sid tal-katina tal-ħwienet, fittxet fondi ta’ emerġenza biex issalvaha.
Sena ilu, is-sid dakinhar tal-katina li ilha teżisti 88 sena, kien biegħha għal lira Sterlina biss (€1.29).
Jekk tfalli, tkun l-ikbar falliment ta' ħwienet importanti fir-Renju Unit minn dak ta’ Woolworths tmien snin ilu.
Hu kkalkulat li BHS għandha €1.7 biljun dejn, inkluż b’iktar minn €735 miljun dejn f’fond tal-pensjoni.