109 każijiet ġodda tal-coronavirus fl-aħħar jum tas-sena

Fiequ 64 persuna

people-wearing-masks-valletta-2
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru tas-Saħħa llum ħabbar 109 każijiet ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 64 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-2,858 swab test li saru.

Dan ifisser li llum fl-aħħar jum tas-sena, hawn 1,434 każ attiv f’Malta.

OFFICIAL COVID-19 figures for 31•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, December 31, 2020

Ilbieraħ tħabbru 124 każ ġdid tal-coronavirus. Mill-investigazzjonijiet tal-contact tracing, instab li:

  • 35 każ kienu ta’ membri tal-familja ta’ nies bil-virus
  • 14-il każ ittieħdu minn fuq il-post tax-xogħol
  • 12-il każ ġew minn kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 10 każijiet ittieħdu minn attivitajiet soċjali.
Il-każijiet tal-bieraħ
Filmat: 124 każ ġdid tal-COVID-19

Dalgħodu tħabbru tliet imwiet bil-Covid-19, li tellgħu l-għadd totali ta’ vittmi tal-virus għal 219.