109 każi ġodda ta’ Covid-19

people-wearing-masks-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 109 każi ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 108 persuni. Dan irriżulta minn 3,460 swab test li saru.

B’hekk f’Malta issa hawn total ta’ 2,079 każ attiv.

Id-dettalji ġew ikkonfermati mill-Ministeru għas-Saħħa fl-infografika li qed tiġi ppubblikata kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook.

Ilbieraħ kien hemm 141 każi ġodda tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:

  • 14-il persuna li ħadu l-virus mingħand xi ħadd tal-familja
  • 3 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol
  • 5 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus

Dan ifisser li 119-il każ li l-awtoritajiet ma jafux minn fejn ittieħed il-virus.

Ilbieraħ mietu tliet persuni bil-coronavirus
3 persuni oħra jmutu bil-Covid-19