109 każi ġodda ta’ coronavirus f’Malta

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-każi ġodda tal-coronavirus fil-pajjiż qed ikomplu jiżdiedu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa jidher li nstabu total ta’ 109 każi ġodda. Dan wara li saru total ta’ 2,561 swab tests.

Permezz tal-infografika tal-jum, il-Ministeru għas-Saħħa qal li fiequ 6 persuna oħra. Dan biex b’hekk issa l-każi attivi fil-pajjiż laħqu 1,450.

Il-każi misjuba fl-aħħar 24 siegħa għadhom qed jiġu investigati. Intant fost il-142 każ ġdid li tħabbru lbieraħ kien hemm: 40 każ li huma membri tal-familja ta’ persuni pożittivi, 17-il każ li huma kuntatti minn fuq il-post tax-xogħol, seba’ każi li huma kuntatti diretti ta’ każi oħrajn pożittivi, sitt każi li kienu minn avvenimenti soċjali u żewġ każi impurtati. Dan ifisser li hemm total ta’ 70 każ li għadu mhux ikkonfermat minn fejn ġew jew inkella huma sporadiċi.