Read in English.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li nstabu 108 każi ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 46 persuna oħra mill-virus.
Il-każijiet il-ġodda nstabu mill-2,788 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
B’hekk bħalissa hawn 1,553 każ attiv tal-coronavirus.
Skont l-infografika maħruġa llum l-ammont ta’ vittmi tal-coronavirus żdied għal 196 minn 194, kif imħabbar il-bieraħ. Iżda s’issa għadha ma ħarġet l-ebda stqarrija tikkonferma dan minn naħa tal-Ministeru tas-Saħħa.

Il-każi ta’ llum għadhom qed jiġu investigati.