Read in English.
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 108 persuni oħra pożittivi għall-coronavirus.
Fl-infografika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li dawn instabu wara 2870 swab test. Kien hemm total ta’ 121 persuni oħra li fiequ mill-virus. Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 2059.
Ilbieraħ tħabbru 96 każ ġdid tal-coronavirus, u fiequ 132 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 3,049 swab test li saru.
Kien hemm ukoll 4 każi ta’ mewt. Dawn kienu:
- Anzjana ta’ 85 sena. Ikkonfermata pożittiva fit-13 ta’ Novembru. Mietet ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
- Anzjan ta’ 73 sena. Ikkonfermat pożittiv fl-20 ta’ Novembru. Miet illum fl-Isptar Mater Dei.
- Anzjan ta’ 72 sena. Ikkonfermat pożittiv fit-22 ta’ Novembru. Miet illum fl-Isptar Mater Dei.
- Anzjan ta’ 81 sena. Ikkonfermat pożittiv fis-26 ta’ Novembru (ilbieraħ). Miet iktar kmieni llum.
Ilbieraħ mietu 4
Imutu iktar anzjani bil-Covid-19