107 persuni taħt l-età b’mard sesswali – PD

Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku saħaq fuq il-bżonn li jkun rikonoxxut il-mard sesswali li hawn f’Malta, bi statistika ta’ 5864 persuna tattendi l-klinika Ġenito-Urinarja fl-2017, 107 persuna minnhom taħt l-età.

Il-Membru Parlamentari Godfrey Farrugia twieġeb f’mistoqsija parlamentari li l-aktar 3 kundizzjonijiet komuni kienu l-warts, il-chlamydia u l-herpes. Dawn ittieħdu mhux bi prostituzzjoni u mill-persuni li jagħmlu l-massaġġi biss, iżda xorta ta’ min jinnota li mill-2016 ’l hawn, kemm ilhom li l-massaġġeriji ma jeħtiġux regolarizzazzjoni, setgħu kkontribwixxew għal din iż-żieda.

Il-fatt li tbaxxiet l-età għal min jista’ jkun attiv sesswalment għal 16-il sena ma jgħinx, żied jgħid il-Partit Demokratiku.

Il-PD qed jistaqsi lill-Ministru tas-Saħħa jekk dan ħax azzjoni biex jassigura li saħħet il-ħaddiema tal-massaġġeriji tiġi ċċekkjata regolarment.