107 karozzi mwaqqfa mill-Pulizija f’Għawdex

Fit-tieni jum tas-sena, il-Pulizija f’Għawdex waqqfu 107 karozzi minn diversi lokalitajiet. Fl-istqarrija, il-Pulizija semmew uħud minn dawn il-lokalitajiet fosthom ir-Rabat, in-Nadur u x-Xewkija.

Qalu li uħud minn dawn il-persuni li twaqqfu u ġew imħarrka fuq firxa ta’ ksur ta’ regolamenti tat-traffiku.

Ir-raġunijiet mogħtija kienu sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan b’veloċità eċċessiva, sewqan mingħajr polza ta’ assigurazzjoni u sewqan b’tgħobija żejda ta’ passiġġieri.