106 tabib u ħames kirurgi dentali jingħataw il-liċenzja

106 tabib u ħames kirurgi dentali ngħataw il-liċenzja mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Id-Deputat Prim Ministru qal li l-qasam mediku huwa qasam li kontinwament jevolvi, u għalhekk il-professjonsti f’dan il-qasam jibqgħu jitgħallmu u jiġu aġġornati mal-iżviluppi kollha fix-xjenza.

Huwa tkellem ukoll dwar il-post uniku li għandhom it-tobba u dentisti fis-soċjetà, fejn sostna li l-pazjent, il-poplu għandu fiduċja fihom u li f’idejhom iħallu lill-għeżież tagħhom. Huwa appella sabiex jgħożżu il-fiduċja.