​106 post ta’ parkeġġ riservat fil-Belt Valletta

Fil-Belt Valletta hemm 106 post riservat għall-parkeġġ.
F’tagħrif li ta fil-Parlament il-Ministru Ian Borg, jirriżulta li l-aktar toroq fil-Belt li fihom hemm spazji riservati għall-parkeġġ, huma Triq Zekka, Misraħ l-Indipendenza u Triq l-Ordinanza, b’sitt spazji f’kull post. Qal ukoll li fi Pjazza Kastilja u quddiem il-Bank Ċentrali hemm total ta’ 8 spazji oħra riservati għall-karozzi.
Il-Ministru Borg qal li fil-Belt Valletta, 81 post tal-parkeġġ minnhom jistgħu jintużaw wara l-ħinijiet tal-uffiċċju. Dan it-tagħrif ingħata b’risposta għall-mistoqsija parlamentari li tressqet mid-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.