Read in English.
Malta għandha 106 każijiet ġodda tal-coronavirus, li ħarġu mill-2,816-il swab test li saru. Fiequ wkoll 108 persuni.
B’hekk issa hawn total ta’ 1,937 każ attiv f’Malta.
Ilbieraħ tħabbar numru rekord ta’ każijiet, 218-il każ ġdid. Minn dawn kien hemm:
- 23 persuna li ħadu l-virus mingħand xi ħadd tal-familja
- 10 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol
- 2 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
- Każ minn barra minn Malta
- 2 każijiet minn attivitajiet soċjali
Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 180 każ.
Il-każijiet tal-bieraħ
Rekord ta’ każi ġodda ta’ Covid-19: 218
Intant, dalgħodu fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mill-64 vittma li kellha Malta bil-coronavirus s’issa, 47 persuna mietu bil-coronavirus.