106 każijiet ġodda ta’ Covid-19

face masks
Miguela Xuereb

L-awtoritajiet tas-saħħa irrapurtaw 106 każijiet ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 91 pazjent.

B’hekk in-numru ta’ każi attivi ta’ Covid-19 huwa ta’ 1,927.

OFFICIAL COVID-19 figures for 29•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, October 29, 2020

Il-każi il-ġodda ġew magħrufa permezz ta’ 2,966 swab test li saru f’temp ta’ 24 siegħa. In-numru totali ta’ swab tests li saru f’Malta b’hekk laħaq 329,546.

S’issa kien hemm 5,866 każ magħruf ta’ Covid-19 f’Malta. Filwaqt li fiequ 3,880 pazjenti, il-pandemija ikkawżat 59 mewt.

Il-mewt ta’ żewġ irġiel – ta’ 66 u 82 sena – ġiet imħabbra mill-awtoritajiet aktar kmieni llum.

Mill-każi tal-bieraħ: 22 kollegi u 21 qraba ta’ każi magħrufa

L-awtoritajiet ħabbru wkoll li mill-75 każ li ġie rrapurtat ilbieraħ, 54 ġew konnessi għal każijiet oħra.

Qalu li 22 każ kien ta’ kollegi ta’ każi magħrufa, filwaqt li 21 kienu qraba u 7 ta’ kuntatti oħra. Żewġ persuni oħra kienu f’attivitajiet soċjali ma’ każi magħrufa oħra, filwaqt li żewġ każi oħra ġew minn barra.