105 persuni f’Malta jmutu bl-ażma f’4 xhur

Read in English.

Mill-bidu tas-sena sad-9 ta’ Mejju mietu 105 persuni kawża tal-Ażma kronika. Bejn l-2017 u Mejju tal-2019 hawn 26,534 persuna li għandhom l-ażma u  jagħmlu użu mill-kartuna s-safra.

Bejn l-2017 u l-2018 żdiedu 1,675 persuna li applikaw għall-kartuna s-safra minħabba li jbatu bl-ażma.

Ftit tax-xhur ilu waqt il-programm Psy Discuss immexxi min Dr Joe Cassar fuq RTK 103Fm, il-professur Steven Montfort spjega li l-kundizzjoni tal-ażma hija fost l-aktar kundizzjonijiet affettwati mill-emozzjoni. Dr Cassar spjega kif ħafna drabi jkun hemm ħafna nies li jaqbadhom attakk ta’ paniku u mbagħad jaqbadhom qtugħ ta’ nifs, fejn iħossu dak is-sens li jitilfu kontroll assolut.

Ara: “L-ażma fost l-aktar kundizzjonijiet affettwati mill-emozzjoni” – Profs Montfort

Din l-istatistika ġiet ippublikata fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearn għall-mistoqsija tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia.