105 immigranti rikoverati f’Monte Karmeli

Nicola Fioravanti, Unsplash

Bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, 105 immigranti ingħataw il-kura fl-Isptar Monte Karmeli. Iċ-ċifra hija ferm ikbar mid-79 immigrant li ġew rikoverati f’dan l-isptar fl-2018, u t-53 fl-2017.

Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Mario Galea.

Fearne kompla jispjega li l-parti l-kbira ta’ dawn il-persuni kellhom bżonn il-kura minħabba:

  • Ħsibijiet dwar suwiċidju
  • Iweġġgħu lilhom infushom
  • Episodji dippressivi
  • Użu ta’ kannabis jew sustanza oħra
  • Overdose intenzjonata
  • Delirju minħabba kundizzjonijiet fiżjoloġiċi
  • Skizzofrenija
  • Bipolar

150,000 Malti jsofri minn problemi ta’ saħħa mentali – Fondazzjoni Richmond

7 itfal fix-xahar ifittxu servizzi ta’ saħħa mentali

Intant, għall-mistoqsija parlamentari oħra tal-istess Deputat, il-Ministru Fearne kkwota statistika li turi li kull xahar, iktar minn sebat itfal jirrikorru għas-servizzi ta’ saħħa mentali.

Fl-2017, irrikorrew 93 tifel u tifla (53 tifel u 40 tifla).  101 tifel u tifla (52 tifel u 49 tifla) irrikorrew fl-2018. L-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn sitt snin u 17-il sena.

Din is-sena, minn Jannar sad-29 ta’ Ottubru, kien hemm 66 tifel u tifla li minnhom 37 kienu subien u 29 bniet. L-etajiet kienu jvarjaw minn seba’ snin sa 18-il sena.

Filmat: Għandek problemi ta’ saħħa mentali? Fittex l-għajnuna

Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea staqsa wkoll lill-Ministru dwar fejn ġew rilokati l-106 pazjent li din is-sena kienu qed jgħixu fl-Isptar Monte Karmeli u li ma kellhomx bżonn is-servizz ta’ saħħa mentali. Il-Ministru Fearne wieġeb li dawn tqassmu f’Casa Marija, f’St Thomas Community Living u fi djar tal-Fondazzjoni Richmond.

Bżonn servizz ta’ emerġenza għas-saħħa mentali – Fondazzjoni Richmond